“Karm, Għadna Kemm Tajnik L-Aħħar Tislima” – L-MP Rebekah Borg

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħha, l-Membru Parlamentari Rebekah Borg sellmet il-memorja ta’ persuna għażiża għaliha li ħalliet din id-dinja riċentament.

Hi qalet, “Karm, għadna kemm tajnik l-aħħar tislima. Niftakar kemm fraħt meta għedtlek li kien ħa jkolli l-ewwel tarbija. Kemm fraħt meta ġejna għandek bit-tfal. Mara twajba li verament kienet tħobb lill-familja. Nagħti l-kondoljanzi lill-familja kollha tagħha, speċjalment lil Wistin Vella.”

Mit-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ nagħtu l-kondoljanzi tagħna lill-familjari kollha. Tistrieħ fis-sliem.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI