Eileen Montesin u l-Karnival baqgħu relatati għall-Maltin u l-Għawdxin hekk kif kulħadd jiftakarha tippreżentah b’dik il-kariżma u professjonalità.
Jannar għadda, u dħalna fi Frar, u dan ifisser li qegħdin eqreb għall-festa brijuża tal-Karnival 2026. Eileen ilbieraħ kitbet hekk, “Karnival 2026. Għada ngħidilkom iktar.”
Dawk kollha li tant iħobbu jaraw is-sehem ta’ Eileen f’avvenimenti lokali eċċ, żgur li għandhom kurżità x’ser tkun qed tħabbar illum.
Tajjeb infakkru li l-Karnival 2026 ser jerġa’ lura bejn it-13 u s-17 ta’ Frar fil-Belt Valletta u l-Furjana.
Facebook/ Eileen Montesin