Uħud mill-ġurnalisti sħabu llum sellmu lill-kollega tagħhom fl-aħħar ġurnata xogħol tiegħu. Il-Kap tal-aħbarijiet ta’ Television Malta, Reno Bugeja llum temm il-karriera twila tiegħu bħala ġurnalist. Reno kien jippreżenta l-programm popolari Dissett.
Il-kollega tiegħu Daphne Ann Cassar, qalet “Tislijiet lil Reno Bugeja, … fl-aħħar jum uffiċjali ta’ ħidma li tinkuruna karriera li żgur tibqa’ mnaqqxa fil-ġurnaliżu Malti”. Daphne tirringrazzja lil Reno għas-sens ta’ altruiżmu u kompetenza.
Grazzi tas-servizz tiegħek għażiż Reno Bugeja!