Ftit ilu Joven tella’ ritratt fuq il-paġna tiegħu ta’ Facebook l-ewwel mixer li kellu! 22 sena ilu, fl-1997, Joven kien jipprattika fuq din il-mixer. Saqsejna lil Joven fuq x’ħajru jibda f’din il-linja.

Ritratt Joven Grech / Facebook
“Ma nistax niftakar meta bdejt inħobb il-mużika għax għalija kienet xi ħaġa naturali. Jiena kbirt nisma’ liz-ziju tiegħi Ivan Grech tal-Wintermoods fil-bidu tal-karriera tiegħul” – Joven
Joven jgħidilna li Ivan għamel ħafna żmien joqgħod mal-familja tiegħu meta n-nanna li għandhom komuni kienet ħallietna. Għal Joven, Ivan Grech huwa, “ħija l-kbir”. Ħaġa oħra li ħajjar lil Joven jibda kien il-fatt li ommu u missieru kienu jisimgħu d-diski tal-Pink Floyd. “Dik kienet li ffurmat it-taste ta’ mużika tiegħi” kompla Joven.

Wara li attenda l-ewwel klabb tiegħu u daħal fil-kabina tad-DJ, Joven ħass li dik kienet il-linja tiegħu. “Kien ġew fuqi DJs u staqsewni dirett jekk iniex interessat li nitgħallem fuq kif inħallat il-mużika flimkien”. Hawnhekk Joven beda jitħarreġ aktar f’din il-linja u dan id-DJ kien għallmu l-affarijiet bażiċi. “F’tebqa t’għajn bdejn ndoqq fil-bidu u fl-aħħar sigħat biex nipprattika”.
Lil Joven bdew jammirawh ħafna nies fosthom l-owner tal-klabb li malajr offirelu impjieg. “Spiċċajt biex ilħaqt id-DJ residenti tal-klabb u għal kull weekend għal 6 snin sħaħ kont indoqq hemm sakkemm fl-2004 dan il-klabb kien għalaq”.

X’kien ġralu darba, meta Joven kien ħiereġ idoqq? L-intervista ma’ Joven tkompli…