“Kburija Bik” – Messaġġ Mill-Qalb Minn Omm Il-Kantanta Maxine F’Għeluq Sninha!

Mument emozzjonanti u mimli mħabba ġie maqsum minn Pamela Borg, magħrufa wkoll bħala omm il-kantanta żagħżugħa Maxine, hekk kif bintha ċċelebrat għeluq it-18-il sena tagħha.

F’messaġġ mill-qalb, Pamela awgurat lil bintha bħala “l-imħabba ta’ ħajti”, filwaqt li esprimiet kemm hija kburija bil-persuna li saret illum, żagħżugħa indipendenti b’valuri sbieħ u qalb tajba dejjem lesta biex tgħin lil ħaddieħor.



Hija enfasizzat ukoll il-kisbiet ta’ Maxine, speċjalment fil-qasam tal-mużika, fejn segwiet il-passjoni tagħha għall-kant u rnexxielha ssir vocal coach b’suċċess. “Jiena kburi ħafna bik, speċjalment meta niġu għall-passjoni tiegħek għall-kant,” kitbet Pamela.



Il-messaġġ intemm b’inkoraġġiment biex Maxine tkompli ssegwi l-ħolm tagħha u qalbha, filwaqt li tkompli tikber bħala persuna u artista. Dan il-messaġġ sabiħ juri r-rabta speċjali bejn omm u bint, mimlija appoġġ, kburija u mħabba bla qies.

Awguri Max!



Ritratti:

Facebook / Maxine Borg

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI