Mill-Karnival Għal Kwartieri Ġenerali – Il-Ħolma Ta’ Benjamin Tkompli Tikber 

Storja ħelwa u ta’ ispirazzjoni ġiet maqsuma mill-Malta Police Force dwar Benjamin, tifel ta’ 10 snin li rnexxielu jiġbed l-attenzjoni ta’ ħafna waqt il-Karnival ta’ din is-sena.

Benjamin libes uniformi tal-pulizija magħmula apposta, li impressjonat mhux biss lill-pubbliku iżda wkoll lill-Korp tal-Pulizija. Tant kien suċċess il-kostum tiegħu li saħansitra rebaħ il-premju tal-Best Carnival Float waqt kompetizzjoni fl-iskola tiegħu, De La Salle College.



It-tifel, li huwa ammiratur kbir tal-pulizija, kellu wkoll l-opportunità jżur l-Għassa taż-Żejtun, fejn sar jaf aktar dwar ix-xogħol tal-uffiċjali u saħansitra akkumpanja uffiċjal fuq patrol.



L-esperjenza tiegħu kompliet matul il-vaganzi tal-Għid, meta flimkien mal-ġenituri tiegħu ġie mistieden fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija. Hemmhekk, Benjamin ingħata tour u kellu l-opportunità jiltaqa’ mal-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafà.

Il-Malta Police Force faħħret lil Benjamin għall-entużjażmu u l-passjoni tiegħu, u esprimiet it-tama li xi darba jarawh jerġa’ jilbes l-uniformi, din id-darba bħala uffiċjal veru.

Storja li turi kif ħolma żgħira tista’ tibda minn età żgħira u, b’passjoni u dedikazzjoni, tista’ tikber f’aspirazzjoni għal futur.



Ritratti:

Facebook / Malta Police Force

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI