"Kelli L-Unur Li Nkun Parti Mir-Rilaxx Ta’ Żewġ Fkieren, Inkluża Polly Censa, Li Qattgħet Erba’ Snin F'Rijabilitazzjoni." – Ira Losco

Il-kantawtriċi lokali Ira Losco, matul dawn is-snin, kienet qed tagħti kontribut fil-proċess fejn fkieren li jkunu f’rijabilitazzjoni, jew taħt ħarsien, jerġgħu jirritornaw lura lejn l-ambjent tagħhom b’mod sigur.

Ira hi ambaxxattriċi għall-kumpanija Lottoland, u flimkien magħhom qed tikkontribwixxi biex isir dan ir-rilaxx sigur għall-fkieren.

“Bħala ambaxxattriċi għal Lottoland Malta, kelli l-privileġġ li nipparteċipa f’numru ta’ rilaxx ta’ fkieren matul l-aħħar erba’ snin, u dejjem kienet esperjenza emozzjonali.”

Ira tkompli, “Illum kelli l-unur li nkun parti mir-rilaxx ta’ żewġ fkieren, inkluża Polly Censa, li qattgħet erba’ snin f’rijabilitazzjoni.”

Jidher li l-persuna li kienet salvat lil Polly Censa erba’ snin ilu, kienet preżenti flimkien ma’ Ira u t-tim kollu, biex jeħilsu lill-fekruna.

Ira tesprimi kemm hi kburija li tifforma parti minn dawn l-inizjattivi ta’ Lottoland, u tinsab ħerqana biex tkompli tikkollabora magħhom matul is-sena li ġejja.

“Grazzi kbira lil Nature Trust għall-isforzi bla waqfien tagħhom biex jissalvagwardjaw l-annimali selvaġġi,” tkompli Ira. Prosit kbira mingħandna tal-kontribut li qiegħda tagħti, u Prosit lil Nature Trust u l-voluntiera kollha!

View this post on Instagram

A post shared by Ira Losco (@iralosco)

Facebook/ Ira Losco







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI