Fuq il-midja soċjali bosta jsellmu l-memorja ta’ Edwin Lafranco, li ħalla din id-dinja.
Edwin jibqa’ mfakkar għall-kontribut tiegħu fl-għarfien u d-dokumentazzjoni tal-flora Maltija. Lil hinn mill-kapaċita xjentifika tiegħu, Edwin kien raġel ta’ umiltà, għerf u qalb tajba. Huwa ispira għadd kbir ta’ naturalisti u xjenzati.
Chris Fearne huwa fost dawk li sellem il-memorja tiegħu fuq Facebook. “Kelli x-xorti li Edwin Lafranco kien jġħallimni l-bijoloġija. Flimkien ma’ ħuħ Guido kienu pillastri tax-xjenża Maltija. Strieħ fis-sliem,” jikteb Chris.
Strieħ fis-sliem Edwin. Kondoljanzi lill-familjari, qraba u ħbieb.
Facebook/ Natura Maltija – Wildlife Malta