Illum jiċċelebraw l-anniversarju tagħhom il-Mro. Mark Spiteri Lucas u l-mara tiegħu Sharon. F’dan il-jum għażiż, Mark ifakkar dan il-jum b’messaġġ mill-qalb filwaqt li jaqsam ritratti tiegħu u martu inkluż wieħed mill-jum tat-tieġ tagħhom.
Hu jibda billi jikteb, “Illum nagħlqu 18!!! Taru s-17 ta’ qabel… Kellna 18-il sena ta’ tlajja’ u nżul, mumenti ta’ ferħ u sodisfazzjon u waqtiet ta’ qtigħ il-qalb, niket u elf ħaġa oħra… forsi nbdilna ftit… imma li ma nbidilx hu li 18-il sena ilu għidtlek “iva” u llum nerġa’ ngħidlek l-istess.”
Mark ikompli, “Ħsieb żgħir biex ngħidlek ‘Grazzi’ ta’ kollox, ta’ dak kollu li tagħmel miegħi u ma’ Greta, imma partikolarment grazzi tas-sapport tiegħek anke f’waqtiet iebsin, u ngħidlek li nħobbok. Jekk Alla jrid fadal… Fadal iżjed ‘x’noħolmu… xi nwettqu…x’nimxu.”
Hu jtemm, “Il-vjaġġ jaf ikun twil u f’mumenti jaf jurina snienu! Imma flimkien insibu l-qawwa biex insalpaw kemm fil-bnazzi u anke fil-maltemp… L-anniversarju t-tajjeb Sharon.”