Regola Biex L-Ismijiet Irreġistrati Jibdew Jinkitbu Bl-Alfabett Malti Jew Latin Skont Ir-Riforma Ġdida Li Ġiet Proposta

Trabi

Il-Ministru għall-Intern Byron Camilleri ħabbar sensiela ta’ riformi legali fir-reġistru pubbliku li għandhom l-għan li jissimplifikaw il-proċeduri, inaqqsu l-burokrazija u jtejbu r-rekords uffiċjali.

Fost il-proposti hemm regola ġdida li tesiġi li ismijiet irreġistrati jkunu miktuba bl-alfabett Malti jew Latin, sabiex jirriflettu l-lingwi uffiċjali tal-pajjiż.

Din il-miżura tiġi wara riformi fis-sistemi li issa jappoġġjaw aħjar il-karattri Maltin, u li se jindirizzaw problemi preċedenti fejn ismijiet bħal Ġanni jew Ċikka kienu jiġu rreġistrati b’mod żbaljat

Il-miżuri jindirizzaw ukoll anomaliji fir-rekords tal-adozzjoni u jagħtu aktar flessibbiltà fir-regoli tal-kunjomijiet billi jneħħu limitu ta’ ħames snin.

Dawn il-proposti ġew approvati mill-Kabinett u issa se jitressqu quddiem il-Parlament għad-diskussjoni.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI