“Kemm Hu Importanti Li Ngħallmu Lil Uliedna Dwar Kull Tip Ta’ Ħlejqa”- Is-Segretarju Parlamentari Alicia Bugeja Said

Illum tnejn t’Ottubru huwa proprju l-jum fejn fih jiġi ċċelebrat il-jum dinji tal-annimali tar-razzett. Kif kull individwu għandu jkun konxju, kull ħlejqa jistħoqqilha li tgawdi d-dinjita tagħha inklużi dawk l-annimali li qed jinżammu ġewwa razzett. Permezz ta’ kitba ċkejkna fuq il-paġna tagħha fuq Facebook, is-Segretarju Parlamentari Alicia Bugeja Said fakret dan il-jum.

Hija bdiet billi qalet, “illum jiġi ċċelebrat il-Jum Dinji tal-Annimali tar-Razzett, fejn matulu nfakkru dwar l-importanza ta’ dawn l-annimali u kif ukoll li huma ħlejqiet li ħaqqhom rispett u ħajja xierqa.” Kompliet billi qalet, “kemm hu importanti li ngħallmu lil uliedna dwar kull tip ta’ ħlejqa, anke dawk li jinżammu f’razzett.”





Facebook/Alicia Bugeja Said



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI