Il-Paġna It-Temp Madwarna qed itella’ dawn ir-risposti għal ħafna mistoqsijiet li qed isaqsu ħafna mill-udjenza tagħhom.
“Qed naqraw u nisimgħu ħafna dwar it-temp tal-ġimgħa d-dieħla u qed jitqanqlu ħafna mistoqsijiet fost is-segwaċi tagħna.
Aħna ġbarniehom hawn taħt:
Veru li ġejja mewġa ta’ sħana? Iva veru. Ġieli kellna bħalha? Iva u anka agħar. Komuni li sseħħ? Kważi kull sena.
Liem kienet l-agħar mewġa ta’ sħana f’Lulju? Lulju 2023 – Damet għaxart ijiem.
Kemm ser iddum din il-mewġa ta’ sħana? Erbat ijiem.
Kemm se titla’ l-ogħla temperatura? Madwar 39°C
Kemm ser tinħass l-aktar? Madwar 42°C
Kemm kienet l-ogħla temperatura li qatt tkejlet fix-xahar ta’ Lulju? 43°C
X’se jiġri wara li jgħaddu dawn l-erbat ijiem? Ġej riħ qawwi mill-majjistral.
B’kemm se tonqos it-temperatura massimaB’madwar 9°C
Grafika: Anomaliji fit-temperaturi waqt (+8°) u wara (-4°C) l-mewġa ta’ sħana.”