Gaffiero Ivan, itella’ dan il-messaġġ mill-pjattaforma soċjali tiegħu fejn jaħseb dwar nies li għaddejjin minn żmien ta’ niket.
“Bongu ħbieb, f’dawn il-ġranet rajna hafna ritratti ta’ divertiment, parties u ħarġiet… imma il-bieraħ mort il-funeral tal-għażiża Antonette Stafrace.
Impressjonajtni nara lil żewġha jħares lejn it-tebut matul il-quddiesa kollha u jibki.
Kemm verament fadal koppji li jħobbu hekk lil xulxin?
Kemm hawn nies li għalihom dawn il-ġranet tal-Milied kienu ta’ nieqes u ta’ tbatija?
Ejja niftakru f’xulxin, anki b’telefonata waħda.”
Kondoljanzi lill-familja u qraba f’dan iż-żmien iebes.