Kevin Bonavia Jiġi Elett Fil-House Of Commons

Hekk kif l-elezzjoni fir-Renju Unit wasslet għar-rebħa għal-Labour, fost dawk eletti hemm il-Malti Kevin Bonavia. Kevin kien joqgħod ir-Rabat qabel ma familtu telqet lejn l-Ingilterra meta kellu tmien snin.

Bonavia tkellem ma’ TVM ftit wara li sar jaf li ġie elett fil-House of Commons bi kważi tmintax-il elf vot.

“Għalija personalment huwa l-akbar unur ta’ ħajti għax issa jien ir-rappreżentant ta’ 70,000 votant fuq 90,000 resident fil-kamra tal-parlament,” hu qal. “Jiena wkoll il-vuċi meta niġu biex nitkellem dwar il-gvern jekk huwiex gvern lokali u nazzjonali u għalhekk din hija xi ħaġa li jien ħerqan ħafna li nagħmel fis-snin li ġejjin.”

“Jien twelidt l-Imtarfa. Missieri huwa mir-Rabat u ommi mill-Iskozja u kienu joqogħdu Malta meta jien twelidt hemmhekk. Morna r-Renju Unit meta kelli 8 snin.”

“Issa għandi sens kbir ta’ responsabbiltà. Issa jien il-vuċi tan-nies kollha. Qed insir MP ġdid hekk kif jkollna gvern ġdid wara 14-il sena f’dan il-pajjiż. Ġejt elett fuq il-manifest tal-partit Laburista tar-Renju Unit, manifest għall-bidla.”

TVM







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI