Illum huwa għeluq snin il-kantant leġġendarju u tant maħbub Freddie Mercury. Hu twieled fil-5 ta’ Settembru tal-1946 u b’hekk kieku kien għadu ħaj illum kien ikun għalaq 80 sena. Sfortunatament, Mercury miet fl-24 ta’ Novembru tal-1991 fl-età ta’ 45 sena.
Freddie Mercury kien kantant, kittieb tal-kanzunetti u pjanista li kiseb fama dinjija bħala l-kantant ewlieni u l-pjanista tal-grupp rock Queen, li waqqaf flimkien mal-kitarrista Brian May u d-drummer Roger Taylor.
Fost l-aktar diski popolari tiegħu nsibu ‘We Will Rock You’, ‘Bohemian Rhapsody’, ‘Another One Bites The Dust’, ‘I Want To Break Free’, ‘We Are The Champions’ u ‘Don’t Stop Me Now’.