“Temperaturi Anqas U Maltempati Bir-Ragħad” – It-Temp Madwarna B’Indikazzjoni Soda Għal Nofs Settembru

Dawk kollha li jippreferu t-temp xitwi, jew dawk li sempliċiment ma jifilħux aktar is-sħana ta’ dan is-sajf kiefer li kellna, din se tkun aħbar tajba għalihom.

Il-paġna tal-Facebook tat-tbassir u rapport tat-temp It-Temp Madwarna, kitbet li hemm indikazzjoni ta’ tibdil fit-temp li ġej daqt. “Indikazzjoni soda ta’ bidla drastika fit-temp għal nofs Settembru,” huma kitbu. “Temperaturi anqas u maltempati bir-ragħad.”

Jidher li mill-kummenti, l-Maltin huma lest għal dan it-temp aktar xitwi wara sajf tant qalil.

Ritratti:

Facebook / It-Temp Madwarna

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI