“Kien Jistħoqqlok Ħajja Fejn Tkun Maħbub U Mingħajr Tbatija” – Christa Cilia Dwar Il-Każ Tal-Kelb Peppi

B’qalbha maqsuma, Christa Cilia qasmet messaġġ emozzjonali li qanqal diversi reazzjonijiet fuq il-midja soċjali, wara li ġabet lura d-dar l-irmied tal-kelb, Peppi.

“Dalgħodu ġbart l-irmied ta’ Peppi u ġibtu d-dar.” kitbet. Christa spjegat kif sitwazzjonijiet bħal dawn ma jiġux f’daqqa. Skontha, in-negliġenza tinbena bil-mod permezz ta’ kura li tintilef, sinjali li jiġu injorati u trattamenti li ma jsirux fil-ħin…sakemm jasal punt fejn ikun tard wisq biex l-annimal jiġi salvat.



Hija fakkret li l-klieb ma jagħżlux ħajjithom huma. Aħna nagħżlu għalihom. U proprju għalhekk, kull min jiddeċiedi li jkollu kelb għandu jieħu responsabbiltà sħiħa għal saħħtu, is-sigurtà u l-ħajja tiegħu. “Meta din ir-responsabbiltà ma tittieħedx bis-serjetà, huma jkunu dawk li jbatu,” żiedet tgħid b’niket kbir.



Fl-istess messaġġ, Christa skużat ruħha ma’ Peppi talli spiċċa jħallas il-prezz tan-negliġenza u qalet li kien jistħoqqlu ħajja fejn ikun sigur, maħbub u mingħajr tbatija.Hija rringrazzjat ukoll lil Dr. Christa Spiteri li kienet dejjem preżenti f’kull emerġenza u għamlet dak kollu possibbli biex tgħin lil Peppi, kif ukoll lil Island Sanctuary li ħadu ħsieb il-kremazzjoni.

Fl-aħħar nett, hija rringrazzjat lil kull min offra donazzjonijiet u appoġġ matul dan iż-żmien diffiċli.



Ritratti:

Facebook/ Christa Cilia

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI