Illum niċċelebraw Jum San Valentinu – ċelebrazzjoni tal-imħabba, mhux biss bejn il-koppji iżda lilna nfusna. Hemm diversi affarijiet li n-nies iħobbu jagħmlu f’din il-lejla speċjali.
Xi wħud iħobbu jgawdu pranzu romantiku f’ristorant sabiħ bil-veduta, filwaqt li oħrajn iħobbu jmorru jaraw film, preferibbilment wieħed romantiku. Oħrajn iħobbu jibqgħu d-dar u jippreparaw pranzu delizzjuż li jkun segwit minn film. Hemm min imur f’lukanda sabiħa u forsi jgawdi sessjoni ta’ spa.
Hemm ċans kbira li ħafna se jiċċelebraw San Valentinu fil-Karnival peress li jikkoinċidi ma’ dan il-jum.
U inti x’tippreferi tagħmel?