Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħha, l-viċi sindku Josette Busuttil qasmet mas-segwaċi tagħha aġġornament rigward Kimberly Zammit.
Hi qalet, “Grazzi għall-għajnuna ta’ kulħadd, Kimberly Zammit issa ħadet żewġ trattamenti fil-Ġermanja u llum irritornat lura f’Malta. Dan il-pass importanti seta’ jseħħ grazzi għall-appoġġ u l-ġenerożità ta’ ħafna nies li għenuha tibda l-kura privatament, u dan qed jaghtiha tama ġdida f’ħajjitha.”
Żiedet tgħid, “Kimberly tinsab għajjiena ħafna u għandha bżonn ħafna mistrieħ qabel terġa’ tivvjaġġa biex tkompli t-trattament tagħha, bit-tama li dan iwassal għal fejqan sħiħ. F’dan il-mument diffiċli, hi tapprezza minn qalbha l-ħsibijiet u t-talb ta’ kulħadd.”
Qalet ukoll, “Napprezzaw jekk tkomplu ssaħħuha permezz tat-talb tagħkom, sabiex ikollha s-saħħa meħtieġa biex tkompli din il-battalja b’saħħitha u b’ottimiżmu. F’Isem Kimberly u l-familja taghħa ngħidulkhom Grazzi!”
Fi ħsiebna, għażiża!
Facebook/Kimberly Zammit