Simili bħal dak il-karattru ta’FRIENDS favorit tiegħek, l-ordni tiegħek f’McDonald’s tgħid ħafna dwarek. Minn dak li jargumenta min għandu jieħu l-aħħar McNugget, sa dak li ma jridx jaqsam il-fries tiegħu, kull wieħed minna għandu l-mod tiegħu kif igawdi l-ikel!
Issa, il-fans jistgħu jgawdu l-FRIENDS meal il-ġdid ta’ McDonald’s, edizzjoni limitata, f’kollaborazzjoni ma’ Warner Bros. Discovery Global Consumer Products (WBDGCP), li jinkludi wieħed minn sitt karattri esklussivi u ikoniċi.

Minn nhar l-5 ta’ Frar 2026, il-fans jistgħu jagħżlu l-“Friends Meal” li jinkludi Big Mac McMenu bis-sauce Marinara ta’ Monica, jew 9 biċċiet Chicken McNuggets McMenu, bis-sauce Marinara ta’ Monica u sauce tal-għażla tagħhom. Kull “Friends Meal” jinkludi ġugarell wieħed minn sitt ġugarelli FRIENDS. Is-sauce Marinara ta’ Monica u l-ġugarelli FRIENDS huma disponibbli sakemm jispiċċaw l-istocks. Il-ġugarelli se jiġu offerti skont l-istokk disponibbli fir-ristorant. Tgħid lil min ser tikseb, lil Rachel? Monica? Phoebe? Ross? Chandler? Joey? Mur f’McDonald’s lokali biex issib u tiġbor il-grupp kollu!
“F’McDonald’s, nemmnu fis-sabiħ li hemm meta naqsmu mumenti flimkien, u x’mod hemm aħjar biex niċċelebraw dan permezz ta’ FRIENDS. Din il-kollaborazzjoni tiġbor flimkien żewġ ikoni kulturali li dejjem iffukaw fuq il-konnessjoni, il-kumdità u l-ferħ,” qalet Jessica Bonavia, Marketing Manager ta’ McDonald’s Malta. “Il-FRIENDS Meal ispirat mis-sensiela poplari toffri mod ġdid biex iġġib flimkien il-fans kemm ta’ McDonald’s kif ukoll tas-sensiela flimkien sabiex igawdu s-sabiħ tal-mument.”

Kull kollezzjonabbli jgħaqqad wieħed mill-karattri FRIENDS mal-mumenti l-iktar ikoniċi tagħhom – bħal Ross max-xadina tiegħu Marcel, Rachel isservi l-kafè waqt ix-xogħol, Monica liebsa ta’ chef, Phoebe bil-kitarra tagħha, u wkoll Chandler u Joey mal-fellus u l-papra maħbubin tagħhom.
Barra minn hekk, erba’ mugs u tote bags ispirati minn FRIENDS se jkunu disponibbli wkoll għal żmien limitat esklussiviment mill-app. Dawn jistgħu jiġu mifdija permezz tal-app ta’ McDonald’s għal 800 punt għal kull mug u 600 punt għal kull tote bag.
Kull mug għandu disinn ikoniku. Kemm jekk hu s-sufan oranġjo (jekk taf, taf), il-qafas tat-toqba tat-taraġ ta’ Monica, il-funtana mill-krediti tal-ftuħ jew xi ħaġa li tagħti ġieħ lill-post minn fejn beda kollox – dawn se jġegħluk tgħid “How YOU doin’?” waqt il-kafè ta’ filgħodu tiegħek.

Mela, iġbor lil sħabek u żur l-eqreb McDonald’s mill-5 ta’ Frar biex tiġbor il-FRIENDS favoriti tiegħek kollha, sakemm idumu l-provvisti.