“Kont Bil-Forn U Issa Li Għandi 80 Sena Ngawdi L-Ħajja… Li Tiltaqa’ Mal-Ħbieb U Tidħak Hi L-Aqwa Pillola.” – Fredu U Netta Lil The People Of Malta

Fredu u Netta

Il-paġna The People Of Malta tkellmet ma’ żewġ persuni li japprezzaw ħafna l-ħbiberija ta’ bejniethom, li bi sempliċiment tbissima jew konverżazzjoni, isebbħu l-ġurnata.

Fredu t-Tunajja jgħid, “Kont bil-forn u issa li għandi 80 sena ngawdi l-ħajja. Kien xogħol iebes. Issa niġi hawn, niltaqa’ mal-ħabiba tiegħi Netta, ngħidu kelma, nieħdu belgħa kafè u xi pastizz.”

Netta wkoll taqsam kumment. “Li tiltaqa’ mal-ħbieb u tidħak hi l-aqwa pillola. Jien indaħħak u nħobb nidħak. Jien inqum filgħodu nidħak u nkanta… hekk bagħatni Alla!”

Xi ġmiel ta’ ħbiberija!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI