"Kont Għaddejja Minn Żmien Mhux Daqshekk Faċli" – Deborah C

Deborah C ilha ftit nieqsa mix-xena mużikali lokali. L-Aħħar darba li rajna lil Deborah C tkanta kien fl-aħħar edizzjoni tal-Malta Eurovision. Iżda ftit ilu rajnieha fuq X Factor Malta.  

“Kien hemm żmien fejn eħe ma kontx qiegħda nkanta u ma kontx qiegħda nidher. Ovvjament kulħadd ikollu l-ups and downs fil-ħajja”. tgħidilna Deborah C f’intervista li ġiet ippublikata fuq ir-rivista GWIDA.

Deborah tħeġġeġ lin-nies biex ikunu kawtela ta’ x’għandhom jgħidu fuq persuni li ma jafux… “Persuna ma tkunx taf minn xiex qed tgħaddi. Jista’ jkollha xi affarijiet li dak li jkun forsi faċilment jgħid din reġgħet hekk”. Iżżid tgħid li ħadet break żgħir minħabba raġunijiet personali, “Kont għaddejja minn żmien mhux daqshekk faċli u pożittiv bħalma jista’ jkollu kull kantant/a”.

“Xi kultant naħseb qabel nitfgħu ċertu diskors noqogħdu naqra attenti. Inġenerali mhux fuqi biss, dak li jkun af ikun sensittiv jew għaddej mhux minn żmien pożittiv” – Deborah C

Aħna ta’ Gwida.mt nawguraw minn qalbna lil din il-kantanta bravissima! Tagħlaq bili tgħid, “Nixtieq nagħmel affarijiet li nibqa’ ferħana u naħseb f’dawk l-aktar affarijiet li inġenerali rrid inżomm f’ħajti. Li nżomm pożittiva kemm jista’ jkun u nkun ferħana f’dak kollu li nagħmel anke l-inqas ħaġa li nagħmel, li nżomm ruħi happy jekk jista’ jkun”.

L-Intervista sħiħa ta’ Deborah C tista taqraha mill-publikazzjoni GWIDA li ħarġet l-Erbgħa li għadda. 

Ritratti: Marlon Polidano







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI