L-attivista għall-annimali, Maxine Borg, kitbet messaġġ li jagħti idea ta’ sorpriża ħelwa għal Jum San Valentin. Hi pproponiet l-idea tal-addozzjoni.
Fuq il-paġna tagħha kitbet, “Dawn il-frieħ ta’ qattusa, u qtates adulti, qed ifittxu dar għal dejjem, mhux għall-bejgħ, imma għall-imħabba. Kull wieħed u waħda minnhom qed tistenna lil xi ħadd jagħżilha biex ikun il-post sigur għalihom, il-familja tagħhom, il-Valentinu tagħhom kull ġurnata tas-sena.”
Qalet ukoll, “Addozzjoni tfisser li qed issalva ħajja. Tfisser kumpanija, mumenti ħelwin, u mħabba bla kundizzjoni. Jekk int lesta biex tiftaħ qalbek u darek, waħda minn dawn il-qtates qed tistenniek. Ibgħatu messaġġ għal iktar dettalji u għinuna nsibulhom id-dar li jistħoqqilhom.”
Facebook / Maxine Borg