Il-preżentatur Clint Bajada qasam messaġġ mimli emozzjoni u apprezzament lejn il-kantant Kurt Calleja, fejn fakkar fil-ħbiberija sinċiera li ilha tikber bejnithom tul is-snin. Permezz ta’ kliem li jmiss il-qalb, Bajada wera kemm ir-relazzjoni tagħhom tmur lil hinn minn sempliċi konoxxenza.
Fil-messaġġ tiegħu, Clint kiteb, “F’ħajti ltqajt ma’ eluf ta’ persuni, iżda mhux kulħadd jista’ jkun qrib tiegħek daqs oħrajn. Hemm ħbieb u hemm ħbieb! Kurt huwa ħabib speċjali, għax dejjem sibna lil xulxin kemm fl-isbaħ kif ukoll fl-aktar mumenti diffiċli ta’ ħajjitna.”
Hu jkompli, “Qatt ma ġġudikani u dejjem irrispetta d-deċiżjonijiet tiegħi u l-għażliet li nagħmel. Kurt ta’ wara l-kwinti huwa bniedem profond u b’qalb kbira. Persuna ta’ rispett li minkejja kollox, dejjem isib il-ħin biex jgħid kelma tajba u jagħti ħinu lil ħaddieħor. Minn qalbi, nawguralu l-isbaħ xewqat għal għeluq sninu.”
Dan il-messaġġ juri mhux biss il-ħbiberija soda bejn it-tnejn, iżda wkoll il-valuri ta’ rispett, lealtà u sostenn li huma tant importanti f’relazzjoni bejn żewġt iħbieb F’okkażjoni speċjali bħal għeluq sninu, kliem bħal dan ifakkar kemm huma prezzjużi n-nies li jibqgħu maġenbna kemm fi żminijiet tajbin kif ukoll f’dawk diffiċli.
Facebook / Kurt Calleja