Il-countdown beda uffiċjalment! Fadal biss jumejn għall-ewwel puntata ta’ CASA Ċelestina, id-drama Maltija ġdida li se tibda tixxandar kull nhar ta’ Tlieta fid-9 ta’ filgħaxija fuq TVM.
Wara li għadda l-Milied u bdiet sena ġdida, issa wasal iż-żmien ukoll għal kapitlu ġdid fit-televiżjoni Maltija. Proġett li kif jgħid it-tim tal-produzzjoni tiegħu, beda “bla ħsieb” iżda li malajr inbidel f’xogħol intensiv li jirrikjedi ħafna ħsieb, dedikazzjoni u preparazzjoni.
“Meta wieħed jara l-ewwel filmati lesti għat-televiżjoni, forsi ma jindunax kemm hemm xogħol li jsir wara l-kwinti,” ikompli jingħad. Madankollu, CASA Ċelestina hija frott ta’ tim li jaħdem spalla ma’ spalla, b’ħafna nies li jagħtu l-kontribut tagħhom mingħajr ma jidhru fuq l-iskrin.
Fost dawn il-membri nsibu lil Desier u Charlot li flimkien ħadmu bla waqfien biex kull dettall jitpoġġa f’postu. Mhux biss billi tkun il-moħħ wara proġett, imma billi tkun lest tagħmel ukoll id-“dirty work”, tmidd idejk għal dak kollu li jkun hemm bżonn anke l-iżgħar affarijiet mill-inqas spaga li tista’ tkun meħtieġa.
B’kalma, ftit tgergir u ħafna mħabba, Charlot għamel xogħol li forsi mhux dejjem jiġi rikonoxxut iżda li huwa essenzjali biex drama bħal din tasal għand it-telespettaturi bl-aħjar mod possibbli.
CASA Ċelestina mhijiex biss drama ġdida iżda xhieda ta’ passjoni u impenn wara din il-produzzjoni Maltija. Se tarawh? 😀
Facebook/ Casa Ċelestina