Il-paġna ta’ Saħħa għadha kif ħabbret li fl-24 siegħa li għaddew instabu 199 każ ġdid. Il-paġna żvelat ukoll li 89 persuna fiequ mill-Covid-19 f’Malta. B’hekk l-ammont totali ta’ każi pożittivi issa huwa ta’ 2,425.
It-total ta’ każijiet li kellna s’issa jammonta għal 20,246. Il-paġna żvelat ukoll li tul dawn l-aħħar 24 siegħa, tilef ħajtu anzjan ieħor kawża tal-Covid-19. Dan ifisser li t-total ta’ mwiet huwa ta’ 298.
Sal-bieraħ ingħataw 55,709 doża tat-tilqima kontra l-Covid-19, b’17,843 jingħataw it-tieni doża.