“L-Aħħar Ġurnata Tas-Sekondarja Għall-Istudenti Tal-Ħdax-il Sena.” – Is-Servizz Pubbliku

Klassi

April huwa x-xahar meta ħafna studenti tal-ħdax-il sena jtemmu l-vjaġġ tagħhom fl-iskola sekondarja. Hekk kif huwa normali li dawn l-istudenti jgħaddu minn mumenti ta’ stress u ansjetà minħabba l-o-levels, familjari u dawk viċin tagħhom jagħtuhom l-appoġġ li hemm bżonn.

Il-paġna Is-Servizz Pubbliku jiktbu, “Għada hi l-aħħar ġurnata tas-sekondarja għall-istudenti tal-ħdax-il sena. Awguri.”

Lill-istudenti: Importanti temmen fik innifsek u fil-kapaċitajiet tiegħek. Anke jekk xi drabi tħossok inċert, ftakar li dan iż-żmien ser jgħinek tikber u tilħaq fejn tixtieq. Int kapaċi daqs kull student ieħor li qed jagħmel jew għamel dawn l-eżamijiet.

Minn qalbna nawguraw lill-istudenti kollha! Ninsabu ċerti li kapaċi taslu fejn tixtiequ, u taqtgħu qalbkom qatt!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI