"L-Akbar Diżabbilità Hija Fl-Inabbiltà Li Naċċettaw Lil Xulxin Bid-Differenzi Li Għandna" – Sebastian Calleja

Il-Kantant Sebastian Calleja ftit jiem ilu kiteb fuq il-mezzi soċjali tiegħu, dwar kemm għandna verament u tassew naċċettaw lil xulxin irrispettivament id-differenzi li jkun hemm bejnietna.

F’ritratt li tella’ maz-ziju Ninu li għandu abbiltajiet differenti, Sebastian bħal donnu jġibna ftit f’sensina għaliex spiss lkoll niftaħru kemm għandna nħobbu lil xulxin iżda ġieli meta niġu għall-fatti, niġġudikaw wisq.





Kemm hu sabiħ li ngħixu u nħallu lil min jgħix. Kemm hu isbaħ li ngħixu u ngħinu lil ħaddieħor iħossu li qed jgħix kif ħajtu tippermettilu, mingħajr ma jħoss ebda toqol tal-gudizzju. Intom taqblu ma’ Sebastian? Prosit Seb!

Ritratt: Facebook/ Sebastian Calleja



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI