L-Artist Taljan Maurizio Cattelan Se Jkun Il-Protagonist Ewlieni F’Festival Tal-Arti Li Se Jsir F’Malta

L-artist famuż Taljan Maurizio Cattelan mistenni jkun wieħed mill-protagonisti fil-festival tal-arti Biennale li mistenni jitnieda f’pajjiżna f’Marzu li ġej.

Fid-dinja tal-arti Maurizio stabilixxa ruħu permezz tal-arti satirika tiegħu, b’waħda mill-iżjed pitturi tiegħu li kisbet suċċess tikkonsisti ta’ banana mwaħħla ma’ ħajt permezz tad-duct tape. Din il-pittura kienet inbiegħet għal madwar €140,000.

Dan il-festival tal-arti mistenni jiġbor flimkien ix-xogħlijiet ta’ 130 artist u artista, wħud minnhom Maltin u oħrajn barranin.







Ritratti:

Facebook / Malta Biennale

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI