Ralf Schumacher ħabbar li se jiżżewweġ lis-sieħeb tiegħu, Étienne Bousquet-Cassagne.
L-eks sewwieq tal-Formula 1, ta’ 50 sena, u l-għarus tiegħu qasmu l-aħbar f’post konġunt fuq Instagram.
“Aħna ħerqana li nħabbru li Ralf Schumacher u s-sieħeb tiegħu Étienne Bousquet-Cassagne se jiżżewġu. It-tnejn huma ferħanin bil-ħafna awguri li rċevew.”
Ralf Schumacher huwa eks sewwieq tat-tlielaq u xandar Ġermaniż, li kkompeta fil-Formula Wieħed mill-1997 sal-2007. Schumacher rebaħ sitt Grand Prix tal-Formula Wieħed fi 11-il staġun.