F’messaġġ mimli emozzjoni, is-Sindku esprima n-niket tiegħu għal din it-telfa u qal li jinsab imnikket ħafna bl-aħbar tal-mewt tiegħu. Huwa sostna li f’dan il-mument diffiċli għamel kuntatt mal-mara u t-tifel tal-mejjet biex iwasslilhom il-kondoljanzi tiegħu personalment.
“Għadu kif ħalliena Joseph Lanzon mill-Belt, kemm qed jiddispjaċini,” kiteb is-Sindku, filwaqt li żied li l-ħsibijiet tiegħu huma mal-familja kollha.
Il-komunità Beltija qed tingħaqad f’dan il-mument ta’ sogħba biex tfakkar u ssellem il-memorja ta’ Joseph Lanzon, filwaqt li bosta qed iwasslu messaġġi ta’ solidarjetà u sapport lill-għeżież tiegħu.
Minn Gwida, ningħaqdu wkoll biex inwasslu l-kondoljanzi sinċieri lill-familja u lill-qraba tiegħu f’dan iż-żmien diffiċli.