Dan huwa jum li l-preżentatur Daniel Chircop ma jinsa qatt, hekk kif bħal-lum, ibnu Max, għamlu missier. Kien propju 10 snin ilu meta twieled u bla dubju dan hu jum li Daniel u Fiorella ma jistgħu jinsew qatt.
“L-ewwel darba li rajtek, u qalbi kibret aktar sabiex ikun hemm spazju biex inkum nista nhobbok bla qis… Max minn dakinhar għaddew 10 snin qas nemmen kemm kbirtli malajr… imma kull sena nkun aktar kburi bil-bniedem li inti qed issir… inħobbok. Happy Birthday.”
Daniel qasam anke ritratt tal-mument meta żamm lil Max għall-ewwel darba. Awguri mill-qalb Max! Nixtiqulek ħafna affarijiet sbieħ illum u dejjem!