The Malta Rekords awguraw lil Bradley Zerafa li kiser rekord ġdid permezz tal-kollezzjoni fenomenali tiegħu.
Kitbu, “The Malta Records dalgħodu morna niċċertifikaw waħda mill-iktar kollezzjonijiet ta’ valur f’pajjiżna. L-ikbar kollezzjoni ta’ WWE Memorabilia fil-gżejjer Maltin, inklużi firem oriġinali, b’total ta’ 102 oġġetti u 109 firem. Dan ir-rekord nazzjonali ġdid ġie mwaqqaf minn Bradley Zerafa fir-residenza tiegħu fil-Fgura.”
Żiedu jgħidu, “Hija kollezzjoni li trid seba’ għajnejn biex taraha u tifliha sal-inqas dettal. Bradley rnexxielu jesperjenza 2 spettakli tar-Wrestling barra minn xtutna, eżattament f’Cardiff u Berlin. Nawgurawlek Bradley li tkompli tkabbar din il-kollezzjoni tant għal qalbek. Fl-aħħar u mhux l-inqas nirringrazzjaw lill-ġenituri ta’ Bradley li ospitawna f’darhom u hemm stajna napprezzaw il-ġentilezza u l-imħabba tagħhom lejn binhom.”
Facebook / The Malta Records