L-Imsida, Birkirkara, San Ġwann U L-Gżira Se Jesperjenzaw 10 Sigħat Bla Ilma S-Sibt Li Ġej

Madwar 70,000 resident se jkunu mingħajr ilma għal 10 sigħat nhar is-Sibt li ġej.

Dan hekk kif dakinhar se jkunu qiegħdin isiru xi xogħlijiet f’erba lokalitajiet differenti – l-Imsida, Birkirkara, San Ġwann kif ukoll il-Gżira.

Ħabbru dan fuq il-midja soċjali tagħhom il-Korporazzjoni tas-Servizzi tal-Ilma fejn skużaw irwieħhom mar-residenti għal dawn l-interruzzjonijiet.



Xerrdu dan l-avviż!





Ritratti:

Facebook / Kunsill Lokali tal-Imsida u Pexels

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI