Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħha, Kate qasmet messaġġ mill-isbaħ ta’ gratitudni fejn fissret l-imħabba tagħha li għandha lejn l-Iscouts.
Qalet, “L-Iscouts għalija huma ħafna aktar minn sempliċiment post. Huwa l-post fejn inħoss li nappartjeni. Fejn inħossni sigura u protetta. Fejn inħossni aċċettata, inkluża u maħbuba. Iżda fuq kollox, huwa l-post fejn inħossni kuntenta. Huwa post fejn nista’ nkun sempliċiment jien, ingawdi kull mument u nħossni parti minn xi ħaġa tassew speċjali.”
Żiedet, “Nixtieq minn qalbi li kull fejn immur niltaqa’ ma’ mexxejja u nies bl-istess qalb tajba, paċenzja u li jifhmu lil daj li jkun bħal dawk li għandi hawn. Grazzi talli għamiltu l-Iscouts wieħed mill-aktar postijiet għal qalbi, u talli wrejtuni xi jfissru tassew l-inklużjoni u s-sens ta’ appartenenza. Hawnhekk huwa fejn inħobb inkun.”