“L-Iskola/Kongregazzjoni Tagħna Ma Tatx Permess Biex L-Uniformi Tagħna Tintuża F’Materjal Ta’ Kampanja Elettorali Politika.” – St Monica School, Gzira Bi Kjarifika

Stqarrija

L-iskola St. Monica School Gżira ippubblikat kjarifika fuq il-paġna uffiċjali tagħha rigward materjal relatat ma’ kampanja elettorali politika.

“IMPORTANTI: Nixtiequ niċċaraw li l-iskola/kongregazzjoni tagħna ma tatx permess biex l-uniformi tagħna tintuża f’materjal ta’ kampanja elettorali politika. Aħna diżappuntati ħafna li l-identità u l-immaġni tagħna ġew assoċjati ma’ kampanja politika mingħajr l-għarfien jew il-kunsens tagħna.”

Fl-istess stqarrija, l-iskola appellat sabiex ikun hemm rispett lejn l-istituzzjoni u lejn il-valuri li tħaddan u tirrappreżenta.

“L-istituzzjoni tagħna tibqa’ indipendenti u impenjata biss għall-formazzjoni edukattiva u ħolistika tal-istudenti tagħna, ħielsa minn kull affiljazzjoni politika. Nitolbu rispett għall-istituzzjoni tagħna u għall-valuri li nħaddnu.”







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI