Aħbar xokkanti ġiet maqsuma lbieraħ, studenta tat-tmien sena, tal-Form 2 fl-Iskola Sekondarja SCC Pembroke għaddiet għall-ħajja ta’ dejjem. Mariam Bodokia, li din is-sena kienet tagħlaq 13-il sena, ġiet nieqsa ħabta u sabta.
Fuq il-paġna tagħhom l-iskola kitbu, “Jiddispjaċina ħafna biex ninfurmawkom bit-telfa ta’ waħda minn tagħna llum. L-istudenti tagħna rreaġixxew b’mod differenti għal din l-aħbar ta’ diqa. L-eqreb ħbieb tagħha sabu din l-aħbar ta’ dwejjaq diffiċli ħafna biex jimmaniġġawha. Oħrajn urew simpatija permezz tas-skiet tagħhom. Kull student jikkontribwixxi b’miżura żgħira fil-komunità li noħolqu flimkien fl-Iskola Sekondarja tal-Kulleġġ St Clare. It-telfa ta’ kwalunkwe student, partikolarment f’età daqshekk tenera, tweġġagħna.”
L-iskola qed toffri kwalunkwe għajnuna lill-familja ta’ Mariam kif ukoll toffri għajnuna ta’ pariri lill-istudenti matul dan iż-żmien diffiċli. “Kondoljanzi sinċiera lill-familja kollha fi żmien daqshekk diffiċli. Mariam se tkun immissjata ħafna,” qasmu fit-taqsima tal-kummenti.
Aħna f’isem Gwida.mt, ngħaddu wkoll il-kondoljanzi tagħna f’dan il-mument tassew diffiċli għall-familja ta’ Mariam.
Facebook / St Clare College Secondary School – Pembroke