Il-preżentatur Ivan Gaffiero kontinwament jaqsam l-esperjenzi ta’ diversi persuni, speċjalment meta jkunu esperjenzi li kapaċi jispiraw u jħallu impatt.
“Kelli l-opportunità sabiħa li niltaqa’ ma’ dan iż-żagħżugħ tant bravu u umli, Neil Demarco. Minkejja l-età żgħira tiegħu, iġorr miegħu storja mimlija esperjenzi profondi u reali li messew ħafna qlub. Neil ħareġ ukoll ktieb li fih ġabar xhieda u esperjenzi ta’ nies differenti, kull waħda b’saħħitha u sinċiera.”
Ivan ikompli, “L-istorja ta’ Neil u tiegħi hija waħda li tħalli marka, u se tinqasam magħkom nhar is-Sibt li ġej waqt Kuxjenza. Storja ta’ kuraġġ, verità u tama.”
Din mhix l-ewwel darba li rajna lil Neil jaqsam l-istorja tiegħu fuq it-televiżjoni, u dejjem kien ta’ ispirazzjoni. Segwu aktar nhar is-Sibt waqt Kuxjenza.
Facebook/ Neil Demarco