“L-Iżjed Banda Maltija Attiva U Rebbieħa Fil-Karnival Malti” – Malta Records

The Malta Records ħabbru rekord nazzjonali ġdid relatat mal-Karnival.

Huma kitbu, “The Malta Records illum preżentajna rekord nazzjonali ġdid waqt programm televiżiv. L-iżjed banda Maltija attiva u rebbieħa fil-Karnival Malti bil-karru, grupp allegrija u banda mill-gwerra ‘l hawn, b’35 sena servizz u 22 sena bħala rebbieħa. 20 minnhom infila. Dan ir-rekord nazzjonali ġdid ġie mwaqqaf mill-Banda Żejtun Għaqda Santa Katarina V.M. A.D 1933.”



Qalu wkoll, “Ir-rekord sar waqt il-programm ‘Bonġu Malta’ li kien imxandar dirett mill-Belt Valletta fuq l-istazzjon nazzjonali televiżiv TVM. Prosit Banda Żejtun u f’isem il-poplu Malti nirringrazzjawkom tas-servizz li tajtu fil-Karnival Malti matul dawn is-snin kollha.”





Ritratti:

Facebook / The Malta Records

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI