L-Omm Flimkien Mal-Frieħ Tagħha Ġew Abbandunati – Animal Welfare Gozo Jxerrdu Appell

qattusa l-omm

L-Animal Welfare Gozo qed tfittex dar ġdida mimlija mħabba għal tliet qtates sbieħ imlaqqma kompletament u neutured – Rory, Remy u Rudy – li sfortunatament ġew abbandunati

Rory hija l-omm, filwaqt li Remy u Rudy huma l-frieħ tagħha. Minkejja dak li għaddew minnu, it-tlieta baqgħu qrib ħafna ta’ xulxin.

“B’mod partikolari, Remy u Rudy għandhom rabta qawwija ta’ aħwa u jħobbu jilagħbu, jesploraw u jqattgħu l-ħin flimkien.”

Minħabba l-esperjenzi li għaddew minnhom ilkoll, l-għaqda Animal Welfare Gozo qed tittama li ssib dar għal din il-familja żgħira.

Kull min għandu spazju fid-dar u f’qalbu għal dawn it-tliet qtates jista’ jikkuntattja lil Animal Welfare Gozo biex jesprimi l-interess tiegħu fl-adozzjoni.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI