Il-Granmastru Don Francisco de Borbon Graf von Hardenberg u l-Gran Kanċillerija tal-Ordni Militari u Ospidaljera ta’ San Lazzru ta’ Ġerusalemm aċċettaw in-nominazzjoni tal-Professur Charmaine Gauci li saret mill-gżejjer Maltin biex tingħata l-unur ta’ Uffiċjal u kumpann tal-mertu ta’ din l-ordni internazzjonali.
Dan l-unur jingħata lil dawk l-individwi li jagħtu servizz eċċezzjonali lill-Ordni u jilħqu l-għanijiet tiegħu; kif għamlet il-Professur Gauci tul il-pandemija tal-Covid-19 f’pajjiżna. Fil-fatt l-ordni dejjem iġġeildet il-mard u l-infezzjonijiet u ħasbet fin-nies fil-bżonn.
Iċ-ċertifikat uffiċjali flimkien mal-insignia ser tingħata b’mod uffiċjali lill-Professur Charmaine Gauci malli s-sitwazzjoni internazzjonali tkun ikkalmat sew.
Awguri lilek Professur Gauci!
Ritratt: Facebook/ Charmaine Gauci