L-Universita` b’dieqa kbira sellmet il-memorja tal-Professur Mario Buhagiar, li ħalliena għall-ħajja ta’ dejjem. Hu kien Surmast fid-Dipartiment tal-Arti u l-Istorja tal-Arti, u Professur intelliġenti li għallem bosta ġenerazzjonijiet.
Kitbulu, “L-Universita`ta’ Malta tinsab b’qalb maqsuma wara t-telfa tal-Professur Mario Buhagiar, studjuż u figura importanti fid-Dipartiment tal-Arti u l-Istorja tal-Arti. Bħala l-ewwel surmast tad-dipartiment, il-Professur Buhagiar ħalla influenza li testendi ‘l barra mill-klassi. Il-legat tiegħu qiegħed fl-akkademija tal-Universita` kif nistgħu naraw mill-ġenerazzjonijiet ta’ studenti li għallem.”
Żiedu jgħidu, “L-Universita` ta’ Malta testendi l-kondoljanzi tagħha lill-familja tiegħu u dawk kollha li missilhom ħajjithom b’xi mod jew ieħor.”
Jistrieħ fis-sliem u l-paċi. Il-memorja tiegħu tibqa’ ħajja f’qalbna għal dejjem.
Facebook / University of Malta u Art and Art History at UM