Ilbieraħ aħna ta’ Gwida.mt għamilna l-ewwel performer challenge ta’ Gemma Portelli. Semmejna wkoll lil oħtha Connie Azzopardi. Illum Lara Azzopardi fuq il-profil tagħha bdiet din l-isfida tal-artisti. Fiha kitbet li din ser tkun nominazzjoni spejali.
“L-ewwel nominazzjoni hija speċjali ħafna, niddedika lil memorja sabiħa tal-attriċi bravissima/ artista u għalliema” tikteb Lara. Lara tiddekrivi lil Connie bhala zija tagħha. Iżda din kienet xi ħaġa ħelwa bejniethom hekk kif Lara u Connie għandhom l-istess kunjom u Connies kienet issejħilha n-neputija.
Kulħadd jiftakar il-partijiet li kienet tagħmel Connie fosthom l-aktar waħda popolari kienet bla dubju Villa Sunset. Strieħ fi sliem Connie!
Lara Azzopardi / Facebook