Permezz ta’ kelmtejn fuq il-paġna ‘Ftit Minn Kollox’, in-narrattriċi qasmet ħsibijietha dwar id-dar tal-ġenituri u l-memorji tal-passat.
Hi kitbet, “Li kieku possibbli, id-dar tal-ġenituri m’għandha tinbiegħ qatt. Lanqas m’għandha tiġi rranġata. Għandha titħalla kif inhi, imbagħad minn żmien għal żmien nidħlu fiha, bħallikieku kienet mużew. U fiha naraw il-kuluri, nisimgħu l-ħsejjes u nxommu l-irwejjaħ. Kollox miksi bit-trab u kollox sieket. Kmamar, għamara u oġġetti diversi li jirrakkontaw l-istorja tagħna. Hemm ġew inġeddu l-memorji sbieħ li għandna ta’ dik id-dar u tan-nies li għexu fiha. Dak iż-żmien kien ħelu wisq, imma issa li telaq ma jerġa’ lura qatt.”
Iż-żmien malajr itir, u eventwalment kull ma jibqgħu huma l-memorji.
Facebook / Ftit minn kollox