"Li Niċċelebra 20 Sena Ta' Dance B'Mod Tant Uniku U Indimentikabbli, Inħasset Speċjali" – Celaine Buhagiar Bugeja

Ilbieraħ seħħ spettaklu mimli talent li jfisser ħafna għal Celaine Buhagiar Bugeja u għat-tim kollu tagħha. Flimkien ma’ għadd ta’ żeffiena bravissimi, u tim professjonali, Celaine iċċelebrat 20 sena tal-kumpanija tagħha Dancel Dance Studio.

Celaine tikteb, “Li niċċelebraw 20 sena ta’ Dancel b’mod tant uniku u indimentikabbli inħasset speċjali. Imma xejn minn dan ma kien ikun possibbli mingħajr l-istilel veri ta’ dan il-vjaġġ — iż-żeffiena kollha li tefgħu l-passjoni, id-dedikazzjoni u l-imħabba tagħhom f’kull pass wieħed.”

Tirringrazzja lil Ludwig Galea fost l-oħrajn, li kien id-diretturi artistiku, lil dawk kollha li ffurmaw parti mit-tim, lill-familja tagħha u lil żewġha Pierre, għall-appoġġ kontinwu.

“WOW… inħossni tant grata li ninsab imdawra b’nies daqshekk sbieħ u b’talent straordinarju. Nirringrazzja lil Alla talli tani s-saħħa, il-passjoni u l-kuraġġ biex nagħmel dan għal sena oħra!”

Awguri mill-qalb!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI