“Li Tħossok Komdu Ttella’ Filmat Bħal Dan, Għalija, Hu Insult Totali Lejn Kull Proxxmu Li Forsi Għandu … Xi Ħadd Li Jħobb Li Jbati B’Xi Marda Kronika” – Larkin Bonnici

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu, Larkin Bonnici tkellem dwar filmat li qed jiċċirkola fuq il-mezzi soċjali li qajjem kontroversja sħiħa.

Hu qal, “Qed jiċċirkola filmat ta’ anzjan jagħmel il-bżonnijiet tiegħu fil-pubbliku. Kull min jafni jaf li nħobb niċċajta sew, jiġifieri m’inix wieħed li nistgħaġeb faċilment. Mhux se nidħol fil-kwistjoni ta’ jekk hux każ ġenwin jew le, imma li tħossok komdu/a ttella’ filmat bħal dan, għalija, hu insult totali lejn kull proxxmu li forsi għandu ommu, missieru jew xi ħadd li jħobb li jbati b’xi marda kronika, u minħabba dik il-kundizzjoni, episodji bhall dawn jistgħu jkunu ‘normali’.”

Żied, “Imma l-kilba għal likes u l-views huma l-aktar importanti. Din hi s-soċjetà li aħna il-“kbar” qed intellgħu lit-tfal tagħna, biex imbagħad għaxar snin oħra, l-istess nies ma jiġux jiktbu artikli bla sens.”







Ritratti:

Facebook/Larkin Bonnici

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI