Jifdal biss 10 semifinalisti li waslu fuq l-għatba tal-ħames seminfinali ta’ Brillanti Dance u f’din is-semifinali iż-żgħażagħ bravi tagħna ser jerġgħu jitnaqqru għal 9.
L-isfida ta’ din il-gimgha hija wahda ikkulurita u kreattiva ferm hekk kif iż-żgħażagħ tagħna jridu jagħżlu silta karnivaleska li tagħti lok għall-immaġinazzoni tagħhom filwaqt li juru t-talent u l-versatilità li huma jħaddnu.
U l-ġurija tagħna ser tkun b’seba’ għajnejn sabiex tara min ser jaċċella u jibbrilla u min ser ikollu jmur għad-dance off bir-riskju tal-eliminazzjoni.
L-emozzjonijiet huma għoljin immens u l-eċitament, hekk kif bil-mod il-mod toqrob il-Finali, huwa mogħla s-smewwiet.
Stennew minn kollox – sorpriżi mhux mistennija u emozzjonijiert kbar fi sfond ta’ spettaklu mill-ifjen – xejn ħlief Brillanti!
Segwu l-ħames semifinali ta’ Brillanti Dance illejla fit-20.35 fuq ONE.
