Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħha, l-kantantna Audrienne Fenech qasmet l-awgurju tagħha lil oħtha Denise hekk kif illum qed tiċċelebra għeluq sninha.
Qalet, “Lil oħti wisq sabiħa – l-aqwa ħabiba tiegħi u l-isbaħ mara li naf. Awguri lilek f’għeluq sninek oħti ż-żgħira, kemm kbirt! Qalbek tajba u intelliġenti – tilbes qalbek fuq idejk u ddawwal kull kamra li tkun fiha.”
Żiedet, “xewa waħda għandi għalik – nixtieq li dejjem tkun verament apprezzata u maħbuba hekk kif jixraqlek, nittama li dawk ta’ madwarek dejjem ikunu jafu kemm kemm nies bħalek huma prezjużi u rari u jadurawk fuq hekk! Inħobbok oħti ż-żgħira, għal dejjem. Dejjem hawn għalik!”
Awguri minn qalbna!