Kitty Guardians For Stray qasmu post b’appell għall-pubbliku u jħeġġu biex dak li jkun ixerred fuq il-midja soċjali. Jeħtieġu l-appoġġ biex iqassmu l-ikel, jagħtu l-mediċini li hemm bżonn għal mijiet ta’ qtates f’kolonji differenti.
Bħalissa qed jieħdu ħsieb iktar minn 60 qattus. “Litteralment nissagrifikaw ħajjitna biex insalvaw tagħhom… m’hemmx mistrieħ u s-saħħa tagħna dejjem sejra lura. Fiżikament eżawriti u mentalment imtaqqla… imma nibqgħu għaddejjin għax dawn il-qtates m’għandhom lil ħadd ħliefna u lilkom li dejjem kontu ta sapport.”
Jaqsmu lista tal-ispejjeż li għandhomm bżonn bħal; erba’ operazzjonijiet urġenti (€500+), tinxtara provista ta’ ikel u mediċini (€1,800), titħallas il-kera €1,200, żewġ proċeduri dentali, amputazzjoni tad-denb, tneħħija ta’ kanċer mill-widna.

Dan apparti l-mijiet u eluf ta’ ewor li jridu jservu minħabba kura veterinarja, ikel u litter ta’ kuljum għal aktar minn 60 qattus,
Miriam tkompli, “Kull ikla, kull rokna kennija, kull operazzjoni u kura li ssalva ħajja … kollox grazzi GĦALIK. Int li dejjem tajt widen ta dak li nagħmlu ma’ dawn l-innoċenti. Ma nistgħux inwaqqfu din il-missjoni—għax jekk nagħmlu hekk, ħafna u ħafna qtates ser ibatu.”

Għal donazzjonijiet tista’ tibgħat permezz ta’;
- BOV Mobile & Revolut: +356 77042556 (revolut.me/kittyguardians)
- Paypal: paypal.me/kittyguardiansmalta
- Bank Transfer: BOV (Miriam Borg Debrincat) MT52VALL22013000000040022180162