"M'Hemmx Nisa U Rġiel… Iħeġġuni Nagħmel Ħafna Affarijiet, M'Hemmx Li 'Għax Mara'" – Il-Pumpiera Maia Micallef

Waqt il-programm Jum Miegħek il-preżentatriċi laqqagħtna ma’ pumpiera ta’ 23 sena, Maia Micallef, li wriet b’mod ċar kemm twettaq il-professjoni tagħha minn qalbha, u kemm tagħmlu b’dedikazzjoni. 

Maia titkellem dwar il-ħajra biex qabdet din il-linja, fejn qed twettaq ħidma tant prezzjuża għall-komunità. Issemmi dwar kemm ma jgħoddx jekk hux mara jew raġel meta x-xogħol isir b’dedikazzjoni u kif suppost. 

“F’dan ix-xogħol, f’kwalunkwe tip ta’ xogħol, m’hemmx nisa u rġiel. Jekk tkun persuna li jinteressak ix-xogħol, li tinqala’, ma jdejqukx l-affarijiet li nħabbtu wiċċna magħhom aħna, m’hemmx nisa u rġiel… jien mix-shift tiegħek m’għandix x’ingerger… iħeġġuni nagħmel ħafna affarijiet. M’hemmx li ‘għax mara.'”

Tul il-programm rajna anke mument partikolari meta tidħol emerġenza, fejn naraw lil Maia u lit-tim kollu jlestu ruħhom minnufih biex imorru jassistu fuq il-post tal-każ. Idħol HAWN biex issegwi l-intervista sħiħa.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI